Skeda Interessanti Minn Lulju Fuq TVM Tara Wkoll Ir-Ritorn Ta' Ipokriti! Ara Meta Ser Ikunu Dramas L-Oħrajn!

Minn Lulju fuq TVM ser naraw uħud mill-aqwa drama fosthom ir-ritorn ta’ soap opera Ipokriti. Din ser tkun mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-12:15 fuq TVM. Ipokriti għandha Kitba ta’ Lino Grech ser jerġa’ jibda jixxandar l-ewwel drama soap Maltija, Ipokriti! Tiftakru kif beda? Segwi l-ewwel episodji mill-ewwel sensiela matul Lulju. Victor Grech, Herman Bonaci, Karl Bonaci, Frida Cauchi, Romina Bonaci, Ray Abdilla, Marica Mizzi, Peter Borg, Rachel Portelli, Josephine Mahoney u tant atturi oħra!





Iċ-Ċaqqufa – Mit-Tnejn sal-Ħamis fit-14:45 u fl-16:05 fuq TVM 

Sorelle – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:15 u fis-14:00 fuq TVM2 – Id-drama tal-5 aħwa li bdiet f’Ottubru ser terġa’ tintwera mill-ġdid fuq TVM. Jekk tlift xi puntata issa ċ-ċans biex tiskopri aktar fuq dawn l-aħwa u kif Leo ħarbtilhom ħajjithom!



L-Għarusa ser ikun kull nhar ta’ Tlieta fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM – Fix-xahar ta’ Marzu, L-Għarusa ġiet iddikjarata bħala l-aktar drama segwita fuq l-istazzjonijiet kollha! Issa għandek iċ-ċans li terġa’ tara mill-ġdid din is-sensiela u l-imħabba sigrieta li Bettina kellha!

F’Ġieħ l-Imħabba ser jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM – Żewġ puntanti kull nhar ta’ Erbgħa fejn tista’ terġa’ ssegwi din id-drama li bdiet f’Ottubru. Safejn lesti li jaslu l-familji biex isalvaw l-isem tal-familja tagħhom?

Skeda interessanti li jekk tlift xi episodju issa ċ-ċans li ssegwi mill-ġdid!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI