L-Iskola Primarja ta’ Ayresome fl-Ingilterra, talbet lill-ġenituri biex jilbsu qabel ma jwasslu t-tfal l-iskola. Dan wara li nnutaw żieda fin-nies li jaslu bil-piġami u papoċċi filgħodu.
Il-kap tal-iskola Charlotte Haylock għamlet avviż fuq Facebook fejn qalet li l-ġenituri għandhom jilbsu ħwejjeġ xierqa meta jakkumpanjaw lil uliedhom lejn u mill-iskola. Hi qalet li li twassal it-tfal bil-piġami mhux xieraq.
Ħafna ġenituri qablu mal-pożizzjoni tal-iskola, filwaqt li xi wħud qalu li din ir-regola hija waħda ġudizzjarja.