Fuq il-paġna ta’ Care Malta ġie xxerjat ritratt tas-Sur Anthony Said. Il-paġna kitbet, “It-tbissima kuntenta tgħid kollox. Anthony Said, residenti f’Villa Messina, huwa mlibbes waqt li qed jipprepara biex joħroġ għall-ewwel darba wara erba’ xhur twal ta’ illokkjar.
Ovvjament, għal ħafna residenti li kienu ilhom magħluqa għal tant ġranet, illum kienet ġurnata sabiħa mmens għalihom. Dan għaliex kellhom iċ-ċans li jifirxu ‘l barra wara tant u tant ġranet. Barra mir-ritratt tas-Sur Said, Care Malta qasmu wkoll ritratt ta’ tliet anzjani oħra. Huma għamlu referenza għalihom fejn qalu, “Sadanittant, tliet residenti f’Roseville qed jgħidu kelma fl-ewwel ġurnata tagħhom barra.”
Facebook / CareMalta