Skopri Kif Wieħed Jista’ Jakkwista 25 Sena Servizz B’Xejn

Tifla Irlandiża twieldet fuq ferrovija li kienet sejra minn Galway għal Dublin nhar it-Tlieta 11 ta’ Ġunju. Inserta li fuq il-ferrovija kien hemm żewġ infermiera u tabib li assistew lil omm it-tarbija wara li l-ħaddiema tal-ferrovija għamlu appell biex jaraw kienx hemm xi ħadd mill-professjoni medika.

trains

Kelliema minn Iarnrod Eireann, il-kumpanija tal-ferrovija qalu li jinsabu ferħana li kien hemm min jassisti lil din l-omm u li kollox mar b’wiċċ il-ġid! Qalu li jixtiequ jirrispettaw il-privatezza tal-omm u l-wildt ġdid tagħha però ħabbru li ħa jkunu qed joffru 25 sena ta’ servizz b’xejn li din it-tifla.

Din mhux l-ewwel darba li tarbija li titwieled fuq xi mod ta’ trasport tingħata benefiċċji sabiex issiefer b’xejn! Ngħiduha kif inhi mhux ħaġa li tiġri spiss!

Facebook / Iarnród Éireann Irish Rail

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI