Casa de Papel, wasal fil-ħames staġun! Is-serje popolari, Money Heist se tkompli b’episodji ġodda nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru fuq Netflix.
Din is-serje, bħal ħafna oħrajn li ħarġu mid-dinja taċ-ċinema għat-televiżjoni spanjola, kisbet popolarita’ kbira ferm fostna l-Maltin tant li fiż-żmien li jkunu qed jixxandru episodji ġodda dejjem titla’ mal-aktar 10 serje popolari fi gżiritna.
Bl-isem oriġinali Casa de Papel, il-ġrajja ddur ma’ grupp ta’ ħallelin li jaħtfu taħt idejhom istituzzjonijiet bankarji, bit-telespettatur jispiċċa biex jibda jżomm magħhom u mhux mal-forzi tal-ordni.
Uħud mill-mistoqsijiet li għandhom is-segwaċi ta’ din is-serje jaf isibu t-tweġiba tagħhom f’dawn l-episodji ġodda fosthom, ”X’se jsir minnu l-Professor?” u ”Kif se jirnexxielhom jaħarbu?”.
Facebook/ Oak Run Apartment Homes