Bejn nhar il-Ħamis filgħaxija u l-Ġimgħa tħabbar li ħa jkun hemm dik li hi magħrufa bħala Perseid metero shower, jew kif nafuha aħjar bil-Malti, Id-dmugħ ta’ San Lawrenz. Postijiet ideali fejn tista’ tara din l-atmosfera partikolari, huwa d-Dwejra f’Għawdex. Postijiet oħra huma L-Imtaħleb u L-Aħrax tal-Mellieħa.
Partiċelli żgħar jidħlu fl-atmosfera tad-dinja u jinħarqu. L-aħjar postijiet fejn wieħed jista’ jgawdi minn dan l-ispettaklu huwa post b’nuqqas ta’ dwal artifiċjali. Dan jiġri hekk kif kometa tgħaddi u tħalli warajha biċċiet żgħar tal-ġebel. Dawn jidhru fl-atmosfera tagħna u jidhru bħala shooting star. Bażikament għadd kbir ta’ kwiekeb feġġejja jew ħafna jsejħulhom bħala shooting stars, jimlew is-sema tal-gżejjer Maltin fil-jiem ta’ madwar il-festa ta’ San Lawrenz, jum l-10 t’Awwissu.
Wieħed skont it-tradizzjoni hu magħruf li jagħmel xewqa waqt li jara dan l-ispettaklu ta’ ġebel żgħar, li f’għajnejn ħafna jidhru qishom stilel.