"Sonia Demicoli Il-Brazzi Ta' Warajna Telqu!" – Joe Demicoli

Joe Demicoli ħelu wisq. Kemm għandna bżonn iżjed nies bħalu fid-dinja. Kieku ma jkollnhiex daqshekk imrar. Illum Sonia qed tiċċelebra għeluq sninha u biex jawguralha, Joe sab ritratt fejn warajhom jidhru brazzi bi stil partikolari. Lili jgħoġbuni ħa ngħid il-verità!

“Kemm nghidlek li dawk il-brazzi ta warajna sabet il bejgh taghhom ommi…”, kiteb Joe u b’mod umoristiku awguralha l-isbaħ xewqat. Jidher li ma damux ma marru għalihom għax sakemm lesta il-post fuq facebook, Joe kiteb: “Sandy Demicoli – telqu l brazzi.”





X’fik Ġuż! Awguri Sonia; mara pożittiva u b’qalb tajba mmens!

Ritratt: Facebook/ Joe Demicoli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI