Animal Welfare Gozo kitbu li qed ifittxu dar għal foster mimlija mħabba għal Sophie, qattusa Persian anzjana u ħelwa bi bżonnijiet speċjali.
Il-qattusa nstabet f’kundizzjoni ħażina ħafna, iżda hija ruħ ġentili li tixraqlha paċi, paċenzja u post kwiet fejn tistrieħ. Bħala qattusa anzjana teħtieġ ftit kura żejda, iżda tagħti ħafna mħabba lura.
“Sophie nstabet fi stat orribli, mimlija għoqod u mimlija briegħed, mingħajr ebda saħħa biex timxi u tiekol,” kitbu Animal Welfare Gozo.
Il-provvisti kollha u l-appoġġ veterinarju jiġu pprovduti — Sophie għandha bżonn biss dar sigura u qalb tajba.
Jekk tista’ tgħinha, anke temporanjament, jew taqsam din l-appell, tkun qed tagħmel differenza kbira.
Ejjew nagħtu lil Sophie l-kumdità u l-imħabba li tixraqilha.