“Sr. Concetta Debono OSB Illum Ġiet Eletta Bħala L-Badessa Tal-Monasteru Tas-Sorijiet Benedittini Ġewwa L-Birgu” – Kunvent Dumnikan Tal-Lunzjata, Il-Birgu

Il-paġna tal-Facebook Kunvent Dumbikan tal-Lunzjata, il-Birgu ċċelebrat u awgurat lil Sr. Concetta Debono OSB li laħqet bħala l-Badessa tal-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini.

“Il-Pirjol u l-komunita' tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu jawguraw lil Sr. Concetta Debono OSB li llum ġiet eletta bħala l-Badessa tal-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini ġewwa l-Birgu,” huma kitbu. “Inwegħduha t-talb tagħna u nawgurawlha għal din il-missjoni.”

Huma taw ukoll ftit dettalji fuq il-bijografija tagħha, “Hija twieldet nhar is-17 ta' Settembru 1950. Hija minn Ħal Balzan u daħlet fil-monasteru fl-eta' ta' 29 sena.”

Ritratti:

Facebook / Kunvent Dumnikan Tal-Lunzjata, Il-Birgu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI