Stellina magħrufa ħafna għall-ivjaġġar għadha kemm addotat kelb u semmietu għal kelb li ħalliena fi żmien il-Pandemija. Pietru, l-kelb li ħalliena kienet sabitu taħt bajtra tax-xewk u addotawh. Kien isiefer ħafna ma’ Stellina imma indunat li kellu d-dimentia u fl-aħħar sena tgħidx kemm ħaditu għand terapisti.
Stellina apparti lil Pietru għandha wkoll lil Tessie u Pinu li llum laqgħu magħhom ħabib ġdid. Minn ġo kaxxa abbandunata ħdejn ċimiterju taħt ix-xemx tiżreġ f’Comiso, Stellina taddotta dan il-ġeru gustuż. Semmietu Pietru Junior għax, “Kull meta ngħajjatlek irrid li niftakar fl-għażiż tiegħi Pietru li ħalliena riċentament li ħabbejt għal 16-il sena” tikteb Stellina.
Persważi li dan Pietru Jr. ser ikun maħbub ħafna mal-familja Galea u ser issiefer ta’ spiss. Awguri Stellina!