Min iħobb it-teatru, ħa jieħu gost b’din l-aħbar! L-istilla ta’ Broadway Jeremy Jordan bħalissa jinsab Malta. Ijja, sew qrajt!
Good morning. 🏝️🛳️🎬♥️ pic.twitter.com/mS139OOKYY
— Jeremy Jordan (@JeremyMJordan) November 29, 2020
Jordan ħalla tweet b’ritratt tal-veduta inkredibbli tal-Port il-Kbir tal-Belt Valletta u ħafna Maltin baqgħu mistgħaġba b’din l-aħbar. Ir-ritratt jidher li ttieħed mill-isbaħ lukanda The Phoenicia.
Kien hemm min spekula li Jordan possibilment qiegħed hawn biex jaħdem fuq proġett ġdid, għalkemm m’hemm xejn li jikkonferma dan.
View this post on Instagram
Jordan huwa magħruf l-iktar għar-rwol tiegħu bħala Jack Kelly f’Newsies fuq Broadway, flimkien mal-irwol tiegħu fuq l-iskrin bħala Winslow ‘Winn’ Scott f’Supergirl.
Instagram / Jeremy Jordan