Stqarrija Mis-Segretarjat Parlamentari Għad-Djalogu Soċjali

Preżentat l-ewwel studju dwar il-Miscarriage Leave u l-produttività fil-qasam tax-xogħol f’Malta Matul laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave ġewwa pajjiżna, ġie ppreżentat studju soċjo-ekonomiku ikkummissjonat mill-Ekonomista Dr Jonathan Spiteri, liema studju kkonferma li l-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave hija deċiżjoni għaqlija, tant li dan il-leave se jkun qed iwassal għal inqas telf fil-produttività fil-qasam tax-xogħol. Dan l-istudju kien diskuss matul laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni aktar kmieni illum, parti minn sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni fuq l-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave f’Malta, liema konsultazzjoni l-Gvern skatta fil-ġimgħat li għaddew, u li hija mmexxija mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Dr Andy Ellul. Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ellul qal li “il-Gvern jibqa’ kommess li mhux biss itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiem u d-drittijiet tiegħu, iżda anke f’mumenti iebsa, il-Gvern ikun ta’ spalla għal dawk il-koppji li jkollhom bżonn is-sapport u min jifhimhom.” Saħaq li dan l-istudju jikkonferma kemm mill-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave mhux biss se jkunu qed jingħataw l-għajnuna l-koppji milquta, iżda min iħaddem se jkun qed isofri inqas telf f’dik li hija produttività fuq il-post tax-xogħol. B’hekk, l-impatt pożittiv li ser iħalli d-dħul tal-miscarriage leave f’Malta, se jkun mhux biss mill-aspett soċjali imma wkoll mil-lat ekonomiku. Dan hekk kif l-istudju juri li d-dħul tal-miscarriage leave f’Malta tista twassal għal żieda fil-produttività tal-impjegat sa 8%. Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Ellul spjega li d-djalogu, id-diskussjoni u l-konsultazzjoni jistgħu jwasslu għal bidliet sinifikattivi, b’mod partikolari fejn jidħlu t-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-familji Maltin; huwa saħaq illi “bl-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave f’pajjiżna, Malta mhux talli ser tkun waħda mill-ftit pajjiżi li tintroduċi leave speċifiku f’dawn il-każijiet, talli ser tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li l-Gvern jiffinanzja dan il-leave.” B’hekk, dan l-istudju jkompli jenfasiżża l-importanza tax-xogħol li qed jagħmel is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, fi ħdan il-Gvern sabiex tiddaħħal din il-miżura li tant qanqlet interess fost l-imsieħba soċjali u l-pubbliku in ġenerali, u li miżuri soċjali ta’ dan it-tip jissarfu f’benefiċċji ekonomiċi għall-pajjiż kollu. Matul din is-sessjoni ta’ konsultazzjoni ġew ippreżentati wkoll żewġ rapporti dwar id-diskussjonijiet li seħħew matul l-ewwel konferenza nazzjonali fuq il-Miscarriage Leave imwaqqfa matul ix-xahar ta’ April. Dawn il-preżentazzjonijiet kienu mmexxija minn Dr Josianne Cutajar u Amy-Jo Mifsud, li matulhom spjegaw fid-dettall id-dinamika tas-suġġett u kif ukoll proposti imressqa matul dik l-istess konferenza. Għal darba oħra, għal din il-laqgħa attendew numru ta’ Membri Parlamentari kemm minn naħa tal-Gvern u kif ukoll minn naħa tal-Oppożizzjoni, professjonisti mill-qasam mediku, qasam psikoloġiku, għaqdiet ta’ min iħaddem u anke rappreżentanti tat-trade unions.

 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI