“Strieħ Fis-Sliem Għażiża Stella, Ser Nimmisjaw Żgur Il-Preżenza Tiegħek Fostna” – Alfred Zammit

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-preżentatur Alfred Zammit sellem il-memorja ta’ Stella Preca, mara li flimkien ma’ żewġha għamlu isem fil-qasam tar-ristoranti u tal-ospitalita.

Hu qal, “Insellem il-Memorja ta’ Stella Preca – mara li flimkien ma’ żewġha qatt minsi Charles, għamlu isem fil-qasam tar-ristoranti u ospitalita’. Kelli rispett kbir reċiproku lejha għax mara li magħha kont taf fejn qiegħed. Bis-saħħa tagħha wettaqna l-akbar proġett tas-sistema ta’ dawl fi Triq ir-Repubblika qabel temmejt il-kariga ta’ sindku għax dejjem meta ltqajna kienet tgħidli ‘Għamel xi ħaġa għax Triq ir-Repubblika mudlama wisq, Valletta jixirqilha aħjar.’ Strieħ fis-sliem għażiża Stella, ser nimmisjaw żgur il-preżenza tiegħek fostna. Kondoljanzi lill-Familja Preca.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI