Minkejja li kultant il-ħajja ġġib magħha distanza fiżika, l-imħabba vera tibqa’ tgħix fil-fond tal-qalb ta’ dak li jkun – imħabba li ma tintemmx mal-ħin u lanqas mal-mewt.
Theresa Ann fakkret dan b’mod sabiħ meta qasmet kliem li qaltilha n-nannitha Joyce, li f’dan il-10 ta’ Lulju għadha tfakkar b’għożża kbira l-anniversarju taż-żwieġ tagħha mal-għażiż żewġha, li ilu nieqes minn din id-dinja għal bosta snin.
Theresa tikteb: “’10 ta’ Lulju… Għandi l-anniversarju.’ Qaltli n-nanna Joyce. Kieku nagħlqu 70 sena miżżewġin! Xi mħabba dik. Kieku imqar nieħdu eżempju. Strieħ fis-sliem, Nann. In-nanna baqgħet tħobbok.”
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, insellmu l-memorja tan-nannu tagħha u nagħtu ġieħ lill-imħabba dejjiema li tibqa’ ħajja fil-qalb tan-nanna Joyce. Theresa wkoll qasmet ritratt prezzjuż mal-għeżież nanniet tagħha meħud fil-ġurnata tat-tieġ tagħha – memorja li żgur se tibqa’ tgħożż għal dejjem.
Facebook / Theresa Ann Cachia