“Strieħ Fis-Sliem Għażiż Dun Victor… Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Għamilt Magħna U L-Għerf Li Qsamt Magħna…” – Marica Cassar

Marica Cassar

Bħal-lum sena ilu tħabbret il-mewt tal-eks Direttur tal-Caritas, Mons. Victor Grech, fl-età ta’ 95 sena. Hu jiġi ħu l-kantant Joe Grech, li ħalla din id-dinja ftit tax-xhur qabel.

Monsinjur Victor Grech, twieled Bormla fl-1929, huwa ggradwa mill-Università ta’ Malta u wara l-ordinazzjoni serva bħala Viċi-Rettur u Rettur fis-Seminarju, kif ukoll Direttur Nazzjonali għall-Vokazzjonijiet.

Kien ukoll Lettur-Viżitatur fil-Fakultà tat-Teoloġija u għallem suġġetti reliġjużi u soċjali fil-Mater Admirabilis Teachers’ Training College. Għen fit-twaqqif tal-ewwel komunità ta’ saċerdoti Maltin fil-Brażil u kkollabora fit-twaqqif tal-European Seminary f’Maastricht.

Id-dedikazzjoni li kellu lejn il-proxxmu kienet waħda kbira u ċertament li ħafna għadhom iħossu t-telfa tiegħu iżda l-memorja tiegħu baqgħet ħajja fix-xogħol li wettaq.

Marica Cassar kitbet kelmtejn iddedikati lilu, “Strieh fis-sliem ghaziz Dun Victor… Grazzi ta’ dak kollu li ghamilt maghna u l-gherf li qsamt maghna… inweghduk li nkomplu bil-legat tant sabih li hallejtilna. Il-monument haj tieghek – Caritas Malta”







Ritratti:

Facebook/ Marica Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI