Il-kantant u attur lokali Pawlu Borg Bonaci sellem il-memorja ta’ Gino Paoli – kantant u kittieb tal-kanzunetti Taljan magħruf, meqjus bħala wieħed mill-aktar vuċijiet maħbuba tal-mużika Taljana.
Huwa kiseb suċċess kbir fis-snin sittin b’kanzunetti li baqgħu popolari sal-lum. Paoli kien parti minn moviment mużikali li ġedded il-kanzunetta Taljana b’stil aktar poetiku u emozzjonali.
Pawlu jikteb, “Strieħ fis-sliem Gino. Kont wieħed mill-kittieba tal-kanzunetti favoriti tiegħi. Qalbi maqsuma.”
It-tim ta’ Gwida.mt isellem il-memorja ta’ Gino.
Facebook/ Pawlu Borg Bonaci