Il-kantanta u attriċi lokali Michela Galea għadha kif ħabbret fuq il-profil personali tagħha li għadha kif tilfet lill-għażiża nanna tagħha. Michela kitbet messaġġ sempliċi biex tesprimi d-diqa tagħha f’dan il-mument diffiċli għaliha u għall-familja kollha tagħha.
B’qalb maqsuma hi kitbet, “M’hemm l-ebda ċaw. Tkun fejn tkun, dejjem se tkun ġo qalbi. Strieħ fis-sliem Nanna Pawla. Inħobbok għal dejjem!” Kuraġġ Michela f’dan iż-żmien tassew diffiċli, l-ebda telfa mhi faċli speċjalment ta’ xi ħadd daqshekk għażiż.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Michela u lill-familja kollha tagħha. Nitolbu li l-Mulej isabbarhom f’dan iż-żmien.
Facebook / Michela Galea