Fil-furja tal-mument student qal lill-għalliema tiegħu li se joqtolha u jqattagħha biċċiet jekk ma tgħaddihx mill-eżami.
Il-ġurnal Times of Malta rrapporta kif l-għalliema kienet pronta rrapportat lill-istudent għand l-awtoritajiet b’konsegwenza li ġie mkeċċi mill-kors.
Issemma li l-istudent kien qed jattendi kors affiljat mal-Università ta’ Malta u li kien ibbażat fuq tagħlim għal ħaddiema f’djar residenzjali u ċentri ta’ kura ta’ matul il-ġurnata.
Issa għadu kif ġie deċiż li l-istudent se jkun qed jerġa’ jiddaħħal fil-kors wara li l-Ombudsman iddetermina li l-istudent ma ngħatax l-opportunità sabiex jiġġustifika għemilu.
L-istudent, min-naħa tiegħu, qed jisħaq li tenna dak il-kliem bħala ċajta u ma basarx li l-għalliema kienet se tinterpretah f’kuntest żbaljat.
Pexels u Facebook / University of Malta