Studju Ġdid Juri Diversità Ġenetika Sorprendenti Dwar Id-‘Dudu Tas-Sajd’ Bejn Sqallija U Malta

Studju xjentifiku ġdid ta' Arnold Sciberras wera li l-Dudu tas-Sajd (Ligia italica), isopodu kostali magħruf sew fil-Mediterran, għandu diversità ġenetika ferm ikbar milli kien maħsub, b’popolazzjonijiet distinti bejn Sqallija, Malta u l-inħawi ta’ madwarhom.

Ir-riċerka, bl-isem “First Insights into the Mitochondrial DNA Diversity of the Italian Sea-Slater Across the Strait of Sicily”, analizzat il-varjazzjonijiet ġenetiċi ta’ din l-ispeċi karismatika billi ntużat l-analiżi tal-mitokondriju DNA.

Arnold u sieħbu

Ir-riżultati juru kif l-Istrett ta’ Sqallija jaġixxi bħala barriera bijoġeografika importanti li qed tifforma l-istruttura u l-konnettività tal-popolazzjonijiet.

Arnold Sciberras qal li s-sejbiet ewlenin jinkludu:

  • Diversità mitokondrijali għolja bejn il-popolazzjonijiet.
  • Struttura ġenetika distinta bejn il-popolazzjonijiet Maltin u Sqallin.
  • Kapaċità limitata ta’ dispersjoni u evidenza ta’ iżolament storiku bejn iż-żewġ naħat tal-Istrett.

Speċi 1

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI