Studju Ġdid Se Juri L-Istampa Reali Tas-Saħħa Tal-Annimali F’Malta

Malta hija pajjiż li tassew iħobb lill-annimali. Għal ħafna minna, il-klieb u l-qtates huma parti mill-familja. Imma minkejja dan, għad hemm mistoqsija importanti, x’nafu tassew dwar il-mard li jista’ jaffettwa lill-annimali domestiċi f’Malta?



Il-verità hi li bħalissa għad hemm nuqqas ta’ informazzjoni preċiża dwar kemm huma mifruxa ċerti mard fost il-klieb u l-qtates fil-Gżejjer Maltin. Dan ifisser li ħafna drabi deċiżjonijiet dwar prevenzjoni u kura jittieħdu abbażi ta’ stimi internazzjonali u mhux fuq data lokali.



Proprju għalhekk tnieda studju ġdid importanti li għandu l-għan li joħloq mappa komprensiva tas-saħħa tal-annimali domestiċi f’Malta. L-istudju qed jitwettaq minn Vet Expert  se jdum għaddej għal sena sħiħa. Vet Expert hija kumpanija Ewropea magħrufa fis-settur veterinarju għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet dijanjostiċi, diets veterinarji u supplements li jgħinu lill-veterinarji jieħdu deċiżjonijiet mediċi aktar preċiżi.

L-għan tiegħu hu wieħed ċar, jinġabru fatti konkreti dwar il-mard li jista’ jkun preżenti fost il-klieb u l-qtates li jgħixu f’Malta. Meta kollox jidher tajjeb… mhux dejjem ikun hekk. Ħafna sidien ta’ pets jaħsbu li jekk l-annimal jidher attiv u jiekol tajjeb, allura kollox sew. Imma mhux dejjem hekk.



X’qed jgħidu eżatt l-esperti?

“Ħafna mard infettiv jew parassitarju ma jurix sintomi mill-ewwel,” jispjega espert involut fir-riċerka. “Annimal jista’ jidher perfettament b’saħħtu, iżda xorta jkun qed iġorr infezzjoni li tinstab biss permezz ta’ screening.”

Dan hu proprju għaliex skoperta kmieni hija tant importanti. Saħħa għall-annimali… u għall-familja wkoll. F’ċerti każijiet, x’mard jista’ jgħaddi wkoll mill-annimali għall-bnedmin. Dawn jissejħu mard zoonotiku.

Eżempju magħruf huwa Giardia, infezzjoni li tista’ taffettwa kemm lill-annimali kif ukoll lill-bnedmin, speċjalment lit-tfal. Dan ifisser li meta nieħdu ħsieb il-pets tagħna, inkunu wkoll qed nipproteġu lill-familja tagħna.

Kif qed issir ir-riċerka?

L-istudju jinvolvi screening ta’ kampjuni minn klieb, qtates domestiċi u wkoll qtates li jgħixu barra fil-Gżejjer Maltin.

Permezz ta’ kampjuni tal-ippurgar u tad-demm, ir-riċerkaturi jistgħu jidentifikaw parassiti u mard differenti li jistgħu jaffettwaw lill-annimali. Għal dan jintużaw testijiet dijanjostiċi rapidi ta’ Vet Expert, li jagħtu riżultati veloċi u affidabbli direttament fil-klinika veterinarja. Riżultat mgħaġġel ifisser li l-veterinarju jista’ jaġixxi aktar kmieni u jagħti trattament aktar effettiv.

X’se jfisser dan għal Malta? Ir-riżultati ta’ dan l-istudju se jgħinu lill-veterinarji Maltin jieħdu deċiżjonijiet aħjar dwar prevenzjoni, vaċċinazzjoni u kontroll tal-parassiti abbażi ta’ data lokali reali. Fl-istess ħin, se jgħin ukoll biex tissaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, speċjalment f’djar fejn hemm tfal u annimali domestiċi.

X’tista’ tagħmel inti bħala sid ta’ pet?

Jekk għandek kelb jew qattus, tkellem mal-veterinarju tiegħek dwar screening preventiv. Azzjoni kmieni tista’ tagħmel differenza kbira fis-saħħa tal-annimal tiegħek. Veterinarji jew kliniċi li jixtiequ jipparteċipaw f’dan l-istudju nazzjonali jistgħu jikkuntattjaw lil Marlo’s Imports għal aktar informazzjoni.

Aktar dettalji dwar  Vet Expert, u l-prodotti taghhom li jvarjaw minn supplements, veterinarian diets u soluzzjonijiet dijanjostici huma disponibbli fuq vetexpert.mt. Studju bħal dan jista’ jgħinna nifhmu aħjar ir-realtà tas-saħħa tal-annimali f’Malta – u fl-aħħar mill-aħħar jagħmel il-gżejjer tagħna post aktar sigur u aktar b’saħħtu kemm għall-annimali kif ukoll għall-bnedmin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI