Suċċess Enormi Għal Karmena Abdilla – Soraya Queen B’Ringrazzjament Mill-Qalb

Soraya Queen qasmet messaġġ emozzjonanti hekk kif il-vjaġġ teatrali tal-produzzjoni “Karmena Abdilla” wasal uffiċjalment fi tmiemu wara sitt rappreżentazzjonijiet sold out. F’messaġġ mimli emozzjoni u gratitudni, Soraya rringrazzjat lil kull persuna li attendiet għall-ispettaklu u sostniet kemm kienet esperjenza li se tibqa’ għal dejjem f’qalbha.

“Xi vjaġġ kien. Wara 6 spettakli sold-out, qalbi mimlija b’gratitudni u b’emozzjoni,” kitbet Soraya. Hija qalet li l-akbar sodisfazzjon għal artist huwa li jara lill-udjenza tidħaq, iċċapċap u tgħix kull mument tal-produzzjoni flimkien mal-kast.



Soraya rringrazzjat ukoll lill-kast kollu tal-produzzjoni, fejn iddeskrivithom bħala talentużi, dedikati u meraviljużi biex taħdem magħhom, filwaqt li sostniet li taw il-ħajja lill-karattri b’mod sabiħ ħafna. Ma naqsitx ukoll milli tirringrazzja lill-produtturi Graziella Arding u Christian Arding, kif ukoll lil dawk kollha li ħadmu wara l-kwinti u emmnu fil-proġett sa mill-bidu nett.



Soraya stqarret li l-esperjenza li tikteb, tidderieġi u fl-istess ħin tinterpreta r-rwol prinċipali kienet waħda mill-akbar sfidi, iżda wkoll waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajjitha. “Il-purtiera vera ngħalqet iżda l-memorji jibqgħu għal dejjem,” temmet tgħid Soraya fil-messaġġ tagħha.



Ritratti:

Facebook / Soraya Queen

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI