Josette Frendo, li tiġi omm il-mibki Jerome, għadha kemm xerrdet appell li jurik kemm hawn nies li jaslu għal kollox. Josette tavża lill-pubbliku li hawn xi wħud qed iduru biex jiġbru l-flus għal Smiling with Jerome, u jużaw lil Jerome għall-iskopijiet u l-qereq ta’ moħħhom.
“Qed jgħidulna li qed iduru xi nies qed jiġbru ghal Kanċer u jsemmu lil Jerome Frendo tagħna. L-unika organizzazzjoni li qed tgħina bħalissa huma l-Helping Hands fejn qed iqassmu l-Magazin tagħhom bi prezz ta €4. In-nies tagħhom qed iduru l-bibien fejn fuq il-faċċata tal magażin hemm ir-ritratt ta Jerome u l-logo tal-Fondazzjoni tagħna Smiling With Jerome.”
Smiling with Jerome QATT ma tibgħat min jitlob id-donazzjonijiet jew flus wara bieb in-nies. “Kull min qiegħed iqassam dan il-magażin għandu Tag apposta mdendla ma għonqu biex juri li hu awtorizzat li jagħmel hekk. M’hemm ħadd ieħor! Oqogħdu attenti. Tħallux li jabbużaw minn fluskom u jsemmu lit-tifel tagħna.”
Solidarjetà mal-familja Frendo. Xerrdu l-appell.