Meta kellu biss 11-il sena Yann Spiteri kien qiegħed jiġġieled il-marda tal-kanċer u jistqarr li t-tbatija li għaddha minnha f’dan il-perjodu ma kinitx biss waħda fiżika iżda wkoll psikoloġika.
F’diskussjoni li tqanqlet waqt Kuxjenza li jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Sibt fil-17:30, Yann jirrakkonta kif il-marda tal-kanċer f’ċerti waqtiet kienet iċċaħdu milli jgawdi tfulitu bħal tfal oħrajn. Fost oħrajn isemmi kif f’sajf minnhom ma setax jgħum bħal sħabu u jistqarr li kien iħoss uġigħ emozzjonali meta jara dan.
Illum li huwa adult, Yann iħoss li jista’ jifhem it-tbatija ta’ dawk it-tfal li bħalu fi tfulithom qed jissieltu mal-marda tal-kanċer. Hu jappella lil dawn it-tfal sabiex ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jiġġieldu filwaqt li ħeġġiġhom sabiex iżommu morall għoli u ma jqisux irwieħhom bħala vittmi.
Kuraġġ lit-tfal kollha li qed jiġġieldu l-kanċer!
Facebook / Maria La Barokka Muscat (Kuxjenza)