“Ta’ 11-Il Sena Sirt Naf Li Kelli Kanċer F’Moħħi… Illum Għandi 22 Sena U Rnexxieli Niggradwa” – Yann

Meta Yann kien għadu tifel ta’ 11-il sena skopra li kien se jkollu jiġġieled il-kanċer. Sabiex ikun jista’ jieħu t-trattament tiegħu kien jeħtieġlu jitla’ l-Ingilterra.

Yann ifisser kif kien f’dan l-istadju tal-ġlieda tiegħu li sab lill-Fondazzjoni Puttinu Cares lesta sabiex tgħinu. Jispjega kif din l-għaqda filantropika solviet lill-familja tiegħu problema ewlenija li kull familja li titla’ għall-kura fl-Ingilterra taffaċja; fejn se tgħix.

Bi gratitudni liema bħalha, Yann jirrikonoxxi li kien bis-saħħa ta’ Puttinu Cares li ngħata l-opportunità li llum il-ġurnata jikber f’żagħżugħ ta’ 22 sena li wara snin ta’ studju rnexxielu saħansitra jiggradwa.







Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI