“Ta’ 3 Snin Kellu L-Lukimja… Illum Jinsab Ħafna Aħjar, Imur L-Iskola U Jilgħab Ma’ Sħabu” – Puttinu Cares

Meta kellu biss 3 snin iċ-ċkejken Adam beda l-ġlieda tiegħu kontra l-lukimja. Il-ġenituri tiegħu jistqarru li l-ewwel ftit jiem meta skoprew li binhom kien se jkollu jiġġieled din il-marda kienu ddominati b’sens qawwi ta’ inċertezza u biża’.

Jirrakkontaw kif fix-xhur ta’ wara kellhom iqattgħu diversi jiem u ljieli l-isptar fejn fihom binhom beda jingħata t-trattament li tant kellu bżonn. Isemmu kif l-appoġġ ta’ Puttinu Cares f’dan iż-żmien iebes kien importanti ferm għalihom u jistqarru li tahom sens ta’ tama u serħan il-moħħ.

Issa għaddew tlett snin u nofs minn meta ċ-ċkejken Adam skopra li kellu l-lukimja. Illum il-ġurnata Adam jinsab ħafna aħjar tant li qed imur l-iskola bħal tfal oħrajn u saħansitra jilgħab l-isports.



Fil-Ġimgħa l-Kbira Puttinu se jkunu qed jagħmlu maratona ta’ ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna persuni li jinsabu fl-istess qagħda li kien fiha ċ-ċkejken Adam.





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI