Kezman Mamo huwa żagħżugħ ta’ 16-il sena li minkejja li hu nieqes mid-dawl t’għajnejh, madankollu ma jaqtax qalbu tant li llum il-ġurnata saħansitra sar influencer lokali magħruf mal-udjenza Maltija għall-filmati li jtella’ fuq il-midja soċjali fejn iduq ikel varju ta’ ristoranti differenti.
Intervistat mill-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm tagħha Kuxjenza, Kezman jitkellem dwar iż-żmien diffiċli li għadda minnu bħala tifel ta’ 7 snin meta tilef id-dawl t’għajnejh. Jispjega li għalih kien iżjed diffiċli li jaċċetta din ir-realtà għaliex fis-snin ta’ qabel kien għad kellu d-dawl.
“Kont ħadtha bi kbira,” jistqarr Kezman li jirrakkonta kif it-telfien tad-dawl t’għajnejh ġara mil-lum għall-għada. Jispjega li r-raġuni wara dan kienet kundizzjoni ġenetika li hu jsofri minnha li hi pjuttost rari f’pajjiżna.
Kezman isemmi li kien konxju li minħabba din il-kundizzjoni rari li kellu, xi darba kien se jitlef id-dawl t’għajnejh iżda jirrikonoxxi li xorta waħda ma kienx għadu preparat għal dan.
Kuraġġ, Kezman!
Facebook / Kezman Mamo u Illum Ma’ Steph