Ta’ 80 Sena Se Jieqfu Jaħdmu Wara Total Ta’ 52 Sena Fid-Dar Tal-Providenza

Tliet sorijiet Maltin, kollha ta’ 80 sena, se jkunu qed itemmu l-karriera tagħhom fid-Dar tal-Providenza.

“…Wara 52 sena servizz fid-Dar tal-Providenza se jkunu qed itemmu l-ħidma tagħhom minħabba l-eta’. Nies b’qalb kbira, speċjalment Swor Gesuina li ilha hemm 41 sena,” kitbet il-ġurnalista Maria Muscat fuq il-midja soċjali.

Dawn is-sorijiet kienu mitluba jagħtu s-servizzi tagħhom fid-Dar tal-Providenza mill-fundatur Mons. Mikiel Azzopardi.





Dwar ir-residenti b’diżabilità, Swor Gesuina Mangion qalet f’intervista ma’ Television Malta: “Għalija huma kważi t-tfal tiegħi… inħoss wisq in-nuqqas tagħhom, għax jien rabbejthom minn 16-il sena sa’ 55.”

Għalkemm mhux se jibqgħu jgħixu iżjed f’din id-Dar, dawn is-sorijiet għandhom serħan tal-moħħ li se jħallu warajhom dar immexxija b’dedikazzjoni kbira.

Facebook/Maria La Barokka Muscat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI