Ta' Min Imissu Jniedu Kanzunetta Ġdida Bil-Kast Tal-Iskeda Li Jmiss – Ilqa' L-Isfida Jekk Int Cowboy!

It-tim wara l-programm popolar Min Imissu? nieda s-sigla tal-iskeda li jmiss. Jidher li s-sigla jisimha, ‘Tista’ Sserraħ Rasek Malta Cowboys Hawn Kemm Trid’. Il-kanzunetta ġiet miktuba minn Carlos Debattista, b’kompożizzjoni ta’ Mirko Galea u Analise Mifsud filwaqt li l-kitarra saret minn Franco Tartaglia.

Il-kanzunetta tintroduċi wkoll il-kast li ħa nkunu qed naraw fl-iskeda li jmiss. Ħafna huma anzjużi sabiex dan l-istaġun jibda. Min Imissu? jlaqqa’ lit-telespettaturi ma’ personalitajiet differenti u jnissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Il-personalitajiet jispiċċaw il-vittmi tal-kast ta’ Min Imissu!

Aħna f’isem it-tim nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għall-istaġun li jmiss. Ninsabu tassew ħerqana!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI