“Ta Spiss konna Mmorru Naraw Logħba Flimkien” – Bjorn Isellem Il-Memorja Ta’ Ġoġo

Dalgħodu ħarġet l-aħbar li miet Ġoġo, wieħed mir-residenti ta’ DAR Bjorn u wieħed mill-ewwel Għawdxin li ALS Malta bdiet tara.

Bjorn sellem il-memorja ta’ Ġoġo fejn tefa’ ritratt tiegħu u ta’ Ġoġo waqt il-partita futbol bejn Malta u Spanja ġewwa Ta’ Qali. “Niftakarni ngħidlu għandi l-biljetti biex immorru naraw Malta vs Spanja. Wiċċ Ġoġo kien xegħel! Kien iħobbu wisq il-futbol u ta’ spiss konna mmorru naraw logħba flimkien” Kiteb Bjorn.





Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar u minflok fjuri, Bjorn ħeġġeġ lin-nies sabiex jibgħatu donazzjonijiet lil DAR Bjorn.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI