Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 20 każ ġdid u fiequ 51 persuna oħra. Fortunatament ma miet ħadd fl-aħħar 24 siegħa. It-total ta’ każijiet attivi jinżel 586 każ. Fl-isptar b’kollox issa hemm 22 persuna attiva għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, b’tlieta jinsabu fl-ITU
S’issa ingħataw total ta’ 811,704 tilqima tal-vaċċin, b’5,059 minnhom irċevew il-booster.