Tabib Fi New York Għadu Jesperjenza S-Sintomi Tal-Coronavirus Aktar Minn 100 Jum Wara Li Nstab Pożittiv

Tabib fi New York qal li għadu jesperjenza s-sintomi tal-coronavirus iktar minn 100 jum wara li ġie magħruf li qabad dan il-virus. Wara ftit jiem ta’ deni ta’ grad baxx, telf tal-aptit u uġigħ fir-riġlejn, ġie kkonfermat li għandu l-Covid-19.

Issa, erba’ xhur wara, it-tabib għadu jesperjenza sintomi gastro-intestinali bħal uġigħ fl-istonku u nawżea, skumdità kontinwa f’riġlejh u funzjoni abnormali tal-fwied. Hu kiteb dwar dan fid-dettall u wieħed jista’ jsib l-artiklu tiegħu HAWN.





Meta waslet il-14-il jum, Dr Re’em baqa’ bla sintomi respiratorji iżda s-sintomi li kellu ma marrux u l-ebda rakkomandazzjoni mit-tobba ma dehret li ttaffihom. Iċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard jgħidu li s-sintomi ġeneralment jidhru bejn it-tieni u l-14-il jum minn trasmissjoni. Nies b’każijiet ħfief ġeneralment jirkupraw fi żmien ġimgħatejn filwaqt li dawk b’każi severi jistgħu jieħdu sitt ġimgħat jew aktar biex jirkupraw.

Dr Re’em kiteb fil-kolonna STAT News fejn qal li jittama li jkun jista’ jipprovdi appoġġ lill-oħrajn li jista’ jkollhom ukoll sintomi bla waqfien. Infatti jgħid, “Jiena nikteb bit-tama li anke pazjent ieħor li kien qed jitħabat mas-sintomi tal-Covid-19 fit-tul ma jħossx hekk waħdu.”

Aktar studju għadhom għaddejjin.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI