Tabiba Twissi Biex Dal-Milied Inkunu Responsabbli Għax, "Nies Vulnerabbli Jaf Ikun L-Aħħar Milied Tagħhom"

It-Tabiba Dr. Georgiana Farrugia Bonnici tkellmet fuq l-importanza li dan il-Milied ma jkunx bħas-snin ta’ qabel. Dan il-Milied għandna nkunu responsabbli u nevitaw id-divertiment, “…Speċjalment fejn jinġemgħu r-rasses ta’ nies jew saħansitra ikliet bejn membri tal-familja li ma joqgħodux fl-istess dar” tikteb it-tabiba.

Din tappella wkoll lil dawk li huma b’saħħithom, “Int li b’saħħtek, jaf tgħaddi minnha din il-burraxka ta’ pandemija, imma n-nies vulnerabbli jaf ikun l-aħħar Milied tagħhom, u dan mhux xieraq”. Il-ħajja hi wisq sabiħa u għandna ngħixuha sew bit-tabiba tfakkar li, “Hemm min ma kellux l-opportunita’ jgawdieha”.

Din is-sena kienu ħafna li tilfu lil xi ħadd għażiż tagħhom u dan ikompli jurik kemm għandek tapprezza l-ħajja. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI