Il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta Ray Azzopardi wera d-diżappunt tiegħu wara li ambulanza kellha tgħaddi minn qalb l-imwejjed fi Strada Merkanti.
“Sinjuri tal-Ippjanar, TM u l-infurzar, tafu x’qed tagħmlu? Tafu li qed tipperikolaw ħajjet in-nies?” kiteb Azzopardi. Bla dubju li dan huwa ta’ periklu kemm għan-nies li jkunu qed jieklu fi Strada Merkanti, kif ukoll għas-sewwieqa tal-ambulanza u għall-persuna li jaf ikunu sejrin għaliha.
Azzopardi saħaq li huwa mhux kontra l-kummerċ imma wieħed ma jistax jaħseb f’ħaġa waħda biss, imma jrid jaħseb ukoll fis-saħħa tan-nies.

Facebook / Ray Azzopardi