Tafuhom Lil Din Il-Koppja? – Oħt Il-Mara Qed Tfittixhom Għax L-Aħħar Li Kellha Kuntatt Magħhom Kien 30 Sena Ilu

Lillian Chetcuti Riolo, Maltija-Awstraljana li tgħix Malta u l-għan tagħha hu li tlaqqa’ familjari u ħbieb li tilfu l-kuntatt minn mal-għeżież tagħhom. Ħafna drabi Lilian, grazzi għall-għajnuna tal-Maltin dejjem jirnexxielha ssib u tgħaqqad lil dawn il-familjari u ħbieb flimkien. Imma donnu din id-darba sabet għadma iebsa… aħna ta’ Gwida.mt iddeċidejna li nagħtuha daqqa t’id u nitolbukom li tixxerjaw dan l-artiklu forsi nsibu lil din il-koppja.





‎Hi tistqarr li ġa marret fi tliet postijiet differenti imma ma jgħixux hemm. Allura qed tagħmel talba mill-ġdid għall-għajnuna. Lilian tikteb, “Għandi bżonn numru ta’ Jacqueline Dawn Standen, ir-raġel tagħha Martin Standen. Oħt Jacqueline, ilha tfittixha u ma semgħetx mingħandha għal dawn l-aħħar 30 sena, l-aħħar indirizz li taf bih kien ġo Victoria, Għawdex u l-Marsam Malta.”

Lilian tkompli tgħid li jekk xi ħadd jafhom jew għandu kuntatt tagħhom jew forsi xi informazzjoni jistgħu jagħmlu kuntatt magħha permezz ta’ Facebook. Hi tkompli żżid li Jacqueline għandha żewġt itfal, Andy u Melissa. Oħtha tinsab ftit inkwetat minħabba l-fatt li qatt ma semgħu mingħandhom aktar.

Facebook / Lilian Chetcuti Riolo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI