Illum tagħlaq sninha l-attriċi Maltija Josette Ciappara! Hi twieldet bħal-lum 23 ta’ Ottubru tas-sena 1954 u llum tagħlaq 67 sena. Josette hija omm l-attriċi Marta Vella.
Din l-attriċi bdiet il-karriera tagħha fl-1975 meta nfetħet l-Akkademja tal-Arti Drammatika tat-Teatru Manoel. Fil-preżent rajnieha tieħu sehem f’diversi sensiliet fuq it-televiżjoni fosthom Illaħwa u Nostalġija.
Josette ħadmet ukoll f’sensiliet popolari bħal Santa Monika, Strada Stretta u ċ-Ċaqqufa.
Gwida.mt tawgura lil Josette Ciappara l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!