Tagħlaq Sninha T-Tifla Ta' Tamara Webb, Pixie!

Illum tiċċelebra l-ewwel għeluq sninha Pixie, it-tifla ta’ Tamara Webb u Ken!

Pixie twieldet bħal-lum 22 t’Awwissu tas-sena l-oħra u llum għalqet sena. Fost dawk li awgurawlha kienu Danita ta’ One Chick and a Yorkie u t-tifel tagħha Lenny. Huma ddeskrivuha bħala “pupa li tisraqlek qalbek bit-tbissima.”

Tamara qalet li f’din l-aħħar sena rnexxilha tħobb iktar milli ħasbet possibli. Din il-ġurnata għażiża ċċelebrawha mal-kumplament tal-familja tagħha.

Gwida.mt tawgura liċ-ċkejkna Pixie f’dan il-jum tant speċjali!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI