Illum, 27 t’Ottubru, il-kantanta Maltija Brooke Borg tiċċelebra għeluq id-29 sena tagħha. Dan ġurnata biss wara li tiċċelebrah ommha Rita.
Brooke bdiet tkanta tal-età ċkejkna ta’ 5 snin u minn dak iż-żmien ‘l hawn rajnieha tieħu sehem f’diversi festivals u attivitajiet f’Malta. L-iktar wieħed riċenti kien dak ta’ “It’s A Kind Of Magic – The Queen Story” li ġie organizzat minn VisitMalta bis-sehem tal-BBC Concert Orchestra.
Ħafna jafu lil Brooke minħabba s-sehem tagħha fil-Eurovision bil-kanzunetta ‘Golden’ fl-2016 li biha kklasifikat fit-tieni post. Fis-sentejn ta’ wara rnexxielha tikseb ir-raba’ post bil-kanzunetta ‘Unstoppable’ u t-tielet post fl-2018 bil-kanzunetta ‘Heart Of Gold.’ Brooke kienet ukoll tippreżenta numru ta’ programmi fuq ir-radju.
Segwi l-prestazzjoni ta’ Brooke bil-kanzunetta ‘Golden’ fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2016:
Aħna nawguraw lil Brooke f’għeluq sninha u j’Alla jkollha aktar suċċessi f’kull qasam ta’ ħajjitha!