Fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech, fejn wieħed isib l-aħħar informazzjoni dwar dak li għaddej dwar il-Covid-19 kemm f’Malta u anke ‘l bogħod minn xtutna jidher li hemm qbil. Qbil għall-mistoqsija li staqsa rigward jekk il-popolazzjoni ta’ Malta kollha għandhiex tagħmel it-test tal-Covid-19.
S’issa kważi vvuttaw madwar 4,000 persuna u l-maġġoranza assoluta, 70% jivvutaw iva għal din il-mistoqsija. Din il-mistoqsija kienet qamet ukoll fl-eqqel tal-pandemija f’Malta u ħafna qalu li mhux daqshekk faċli li tgħid ħa twettaq test fuq kull persuna ġewwa pajjiżna minħabba li mhux xi ħaġa daqshekk prattika.
S’issa f’pajjiżna saru ‘l fuq minn 100,000 test li jfisser li qisu wieħed minn kull ħames persuna f’pajjiżna ġie ttestjat għall-Covid-19! Int x’taħseb li għandu jsir?