Taħseb Li Avvenimenti Tal-Massa Għandhom Jiġu Posposti?

Il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates għamlet mistoqsija importanti fejn qed titlob l-opinjoni tas-segwaċi tal-paġna tagħha għandhomx jiġu posposti avvenimenti tal-massa. Sa issa l-istess paġna kellh aktar minn sitt elef persuna li daħlet tivvota fuq din il-poll. Inti tista’ tgħaddi l-opinjoni tiegħek ukoll.





Jidher li l-maġġoranza assoluta, 86% jaħsbu li dawn għandhom jiġu posposti. Reazzjoni bħal din wieħed jistennieha wara li mill-każ ta’ li ħareġ ilbieraħ f’avveniment lokali, instabu sitt persuni oħra pożittivi.

5,300 persuna vvuttaw biex dawn jitwaqqfu. Dawk li jaqblu li jibqgħu għaddejjin huma f’minoranza. Sa issa, id-dipartiment tas-saħħa flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Kummissarju tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma waqfux avvenimenti tal-massa milli jseħħu.

Nistennew x’ħa jiġri fil-jiem li ġejjin.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI