Il-kantant lokali Aldo Busuttil iqajjem punt validu. Minn din il-ġimgħa, il-karozzi tal-linja jistgħu jtellgħu passiġieri li joqogħdu bil-wieqfa tul il-vjaġġ. Dan ifisser li l-karozzi jistgħu jtellgħu numru ikbar ta’ nies.
Kif wieħed jista’ jara fir-ritratt, bħala mezz ta’ kontroll, fuq tal-linja twaħħlu stickers fl-art biex dak li jkun iżomm id-distanza soċjali. Iżda l-kantant Aldo Busuttil li tella’ dan ir-ritratt fuq il-mezzi soċjali kiteb, “Taparsi social distancing f’tal-linja. Jekk hemm 50 ċentimetru bejn waħda u oħra!”
Il-mistoqsija tqum weħdiha, taħseb li hemm distanza biżżejjed bejn passiġġier u ieħor? L-awtoritajiet tas-saħħa għalkemm neħħew ħafna mill-miżuri imposti għadhom jisħqu fuq id-distanza soċjali. Taħseb li hemm biżżejjed fuq tal-linja?
Facebook / Aldo Busuttil