Wara li l-każijiet komplew jiżdiedu, il-baned ġewwa l-Ħamrun qablu li jħassra l-marċi li kienu mistennija jsiru sabiex jiċċelebraw il-festa ta’ San Gejtanu. Dan ġie r-rappurtat minn Net News u jidher li d-deċiżjoni ġiet meħuda bi qbil.
View this post on Instagram
Jidher li mhux tal-Ħamrun biss ddeċidew li jħassru l-pjanijiet tagħhom imma anke l-Kumitat tas-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Girgor f’Tas-Sliema ħabbru li huma ħadu d-deċiżjoni li jikkanċellaw il-marċi minħabba li s-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox.
View this post on Instagram
Hu sabiħ li qed naraw tant u tant għaqdiet flimkien ma’ organizzaturi li qed jieħdu d-deċiżjonijiet biex ma jkunx hemm attivitajiet tal-massa għalkemm s’issa l-gvern ma waqqafx dawn l-attivitajiet milli jsiru.