Talb Għal Johann Ellul Mill-Belt Li Lbieraħ Spiċċa Taħt It-Tifrik F'Bormla

Johann Ellul, il-missier ta’ żewġt it-tfal li lbieraħ spiċċa taħt it-tifrik li ħasad il-ħajja ta’ raġel barrani ġewwa Bormla. Il-komunità tal-Belt Valletta qiegħda ddawwar messaġġi ta’ talb għal ħajjet dan il-missier.





Johann bħalissa jinsab f’qagħda kritika u qed jiġġieled għal ħajtu. Hu jidher li ġarrab ksur f’diversi partijiet ta’ ġismu speċjalment minn żaqqu l-isfel. Hu spiċċa nofsu midfun, filwaqt li l-kollega tiegħu ta’ 32 sena mill-Gambja miet fuq il-post.

Ix-xokk naturalment kien wieħed kbir għall-familja ta’ Johann, speċjalment fuq uliedu. Lovin Malta rrapurtaw li skont membru tal-familja ta’ Johann, ilbieraħ hu ġie sedat u mraqqad minħabba l-uġigħ, illum hu qam imma minħabba n-natura tal-każ tiegħu kellu jerġa’ jitraqqad.



“Hija ta’ xorti tajba li għadu ħaj, iżda din mhix xi ħaġa tajba,” qal membru tal-familja ta’ Johann lil Lovin Malta. Aħna nitolbu lil kulħadd iżomm lil Johann fit-talb tiegħu u nittamaw li jirkupra minn din il-ħolma kerha.

Facebook / Sebio Aquilina – Audiovisual Productions

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI