Tamara Webb Twissi S-Segwaċi Tagħha – Vera Hawn Min M'Għandux X'Jagħmel!

Fl-istories ta’ instagram, Tamara Webb ilbieraħ wissiet lis-segwaċi tagħha dwar profil falz li qed jibgħat lin-nies li rebħu xi rigal f’xi giveway milli ssoltu tagħmel Tamara. Hi skużat ruħha lejn dawk in-nies kollha li kienu diżappuntati li skoprew li din mhux vera.





Hi wissiet lin-nies biex ma jirreġistraw imkien għax il-persuna li qed tagħmel dan kollu aktarx hu hacker. Tamara qalet li hi m’għandhiex kontroll fuq dak li qed jiġri iżda talbet lis-segwaċi tagħha sabiex jirrapurtaw kif għamlet hi.

Tamara dejjem tixħet l-istories fuq instagram biex tħabbar numru ta’ affarijiet, mill-ewwel dehret suspettuża l-biċċa li wieħed irrid jirreġistra wara li rebaħ! Ħudu ħsieb għax ma dawn l-affarijiet saru fuq Tamara jistgħu jsiru fuq personalitajiet oħra.

Facebook / Tamara Webb



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI