“Tanker Ta’ Tħassib Serju Fil-Mediterran … Tanker Li Jinsab Fil-Baħar Internazzjonali” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp tkellmu dwar sitwazzjoni preżenti, hekk kif hemm tanker fil-baħar internazzjonali.

Tanker ta’ tħassib serju fil-Mediterran. Tanker li jinsab fil-baħar internazzjonali. Ovja li kulħadd mhux qiegħed jagħmel pass għax qiegħed f’baħar internazzjonali … Allura ma jmissu ħadd? Inħalluh jergħeq b’diżastru ambjentali tal-beati? Nafu li bil-maltemp, speċjalment bir-riħ qawwi dan jista jegħreq? U hawn indur fuq l-Unjoni Ewropea … Xinhi tagħmel? Xinhi tistenna? Fejn huma maritime security?

Żied, “U hawn nikkwota – ‘L-Unjoni Ewropea tiżgura s-sigurtà marittima permezz ta’ qafas komprensiv li jiffoka fuq il-prevenzjoni tal-inċidenti, it-tnaqqis tat-tniġġis u t-tisħiħ tas-sigurtà. Dan il-qafas huwa sostnut prinċipalment mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA). Fost il-miżuri ewlenin hemm monitoraġġ strett tat-traffiku tal-bastimenti permezz tas-sistema SafeSeaNet, kontrolli rigorużi tal-bastimenti fil-portijiet, u regolamenti aġġornati li jippromwovu trasport marittimu aktar nadif u modern.’







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI