Lorry Schembri tal-Arloġġi, matul dawn l-aħħar snin seraq il-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin bil-kwalitajiet sbieħ tiegħu, fosthom dik li juża ħinu biex iferraħ tant persuni.
Lorry maħbub kemm għall-personalità unika tiegħu kif ukoll għat-talent, fejn kif ħafna jafu jagħti bosta arloġġi personalizzati bħala rigal mill-qalb.
Illum jagħlaq sninu u fost dawk li huma ħbieb tal-qalb tiegħu u li tant jammirawh hemm Ivan Gaffiero.
“Kif nistgħu llum ma ngħidux Happy Birthday lil persuna tant għażiża u speċjali – Lorry Schembri Tal-Arloġġi. Lorry li tant qed iferraħ nies, u li għalija nħoss li sibt teżor veru. Nibqa’ ngħid ħaġa waħda: Lorry ħaqqu Ġieħ il-Birgu u Ġieħ ir-Repubblika,” jikteb Ivan.
Xi ġmiel ta’ messaġġ! Awguri minn qalbna Lorry! Tassew nammirawk u napprezzawk għażiż! Nixtiqulek ħafna aktar snin ta’ saħħa, hena u kulma tixtieq qalbek!
Facebook/ Lorry Schembri Tal-Arloggi