Bosta persuni qed isostnu li l-karozzi madwar Malta u Għawdex qed jiġu stmati aħjar min-nies. Dan għaliex l-ispazji għall-parking b’xejn qed jiżdiedu kull ma jmur, u dan qed iħeġġeġ aktar lin-nies jużaw il-karozzi.
Lokalitajiet bħal Tas-Sliema hemm problema kbira ta’ parking, u fil-fatt nieħdu qatgħa meta nkunu rridu nersqu l’hemm! Is-sit Times of Malta tkellem mas-sindku ta’ Ta’ Sliema, Anthony Chircop, fejn tkellem dwar li l-parking jibqa’ problema fil-lokalità, u jħoss li l-pubbliku mhux ser jieħu gost bl-idea li jkun hemm aktar parking bil-ħlas.
Isostni li hemm bżonn bidla. Iħoss li f’pajjiżna m’hemmx biżżejjed spazju biex jinqdew il-karozzi u s-sewwieqa kollha. Ta’ Sliema jibqa’ post ideali fejn tgħix għar-raġuni li kollox jinħass fl-istess żona, m’hemmx daqstant bogħod. Għaldaqstant is-sindku Anthony Chircop jissuġġerixxi li f’post okkupat bħal Ta’ Sliema, jeħtieġ isir xi tip ta’ strateġija, free cab service, li tieħu lir-residenti minn post għal ieħor f’Ta’ Sliema.
Skont stħarriġ li sar mis-sit Times of Malta, 50% mill-parteċipanti jħossu li l-parking għandu jibqa’ b’xejn. Int x’taħseb?
Facebook/ Maltese Road Traffic Updates