Fuq il-midja soċjali għadu kif tħabbar li ġie kkanċellat il-Karnival tas-Sajf li jittella’ ta’ kull sena minn Festivals Malta. Hu ġie kkanċellat fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 li għad għandha bħalissa f’pajjiżna.
Ir-restrizzjonijiet li hemm fis-seħħ ma jippermettux dan l-avveniment isir. Dan apparti l-limitu ta’ persuni li jistgħu ikunu parti mill-udjenza.
Ir-restrizzjonijiet maħruġun mill-awtoritajiet ma jippermettux avvenimenti fejn in-nies ikunu bil-wieqfa jew jitħalltu flimkien. Avvenimenti issa jistgħu isiru biss jekk l-udjenza tkun bilqiegħda.
Dan l-avveniment kien skedat għall-ġimgħat li ġejjin. Is-CEO minn Festivals Malta, Annabelle Stivala tgħid li dan tħassar biex tkun protetta kemm saħħet il-pubbliku li jattendi, kif ukoll l-artisti u dawk kollha li jkunu parti mit-tim li qed itella’ l-avveniment.