Taqbel Li L-Vaċċin Tal-Covid-19 Għandu Jkun Obbligatorju?

Il-vaċċin tal-Covid-19 qed fil-viċin. Meta dan il-vaċċin jidħol fis-suq ħa jibda jingħata skont numru ta’ kriterji. Dawk vulnerabbli u dawk li jaħdmu mal-vulnerabbli ħa jkunu minn tal-ewwel li jkunu jistgħu jirċievu dan il-vaċċin.

Diversi studji juru li jekk 80% tal-popolazzjoni tieħu dan il-vaċċin tinbena dik li hi magħrufa bħala herd immunity. Il-mistoqsija bħal tiġi weħidha. Taħseb li dak li jkun għandu jkun imġiegħel jieħu din il-vaċċin?

Għalkemm ħafna huma xettiċi dwar il-vaċċin, oħrajn qed jgħidu li jekk il-vaċċin ikun obbligatorju żgur ħa jitaffa l-piż fuq l-ekonomija tal-pajjiż minħabba li l-Covid-19 ħalliet diżastru madwar id-dinja.

Issoltu vaċċin ta’ dan it-tip idum snin twal biex isir u ttestjat iżda minħabba l-effett enormi li ħalliet il-pandemija, dan il-proċess ġie mgħaġġel, b’diversi kumpaniji jinvestu tant u tant flus sabiex jirnexxielhom isibu vaċċin sigur.

Għidilna x’taħseb int?

Taqbel li l-vaċċin tal-Covid-19 għandu jkun mandatorju għal kulħadd?
Iva, naqbel.
Le, kulħadd għandu jkun liberu.

// <![CDATA[try{var notRandom = 'True';sys.init(0,function(){ sys.themeFirstLoadCB.push(function() { var pfn = sys.dthemes.renderCB; sys.dthemes.renderCB = function(pfn){return function() { pfn(); if(notRandom=='True') { notRandom = ''; var parent = document.getElementById("poll-layouts"); for(var i = 0; i







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI