Fuq il-paġna tagħha, Jeanesse Abela kitbet li minkejja li fil-ħajja tagħha mhux kollox ward u zahar, hi tagħmel ħilitha biex tkompli għaddejja bi tbissima fuq fommha. Dan bil-għan li tagħmel kuraġġ lil ħaddieħor.
Hi spjegat, “Tarawni nidħak biex ma nitfax id-dwejjaq fuqkom. Tarawni mimlija enerġija biex ma nurihx l-uġigħ li jkolli u nagħmlilkom qalbkom sewda. Tarawni ninġġieled l-isfidi tal-oħrajn għax ngħaddi minnhom kuljum u nifhimhom minn xiex jgħaddu. Tarawni nikteb posts pożittivi biex in-negattivita`tiegħi ma nurihiex lil ħaddieħor.”
Żiedet tgħid, “Tarawni nisfida lili nnifsi biex intom ma taqtgħux qalbkom, u tkomplu b’ħajjitkom.”
Tassew hi mara kuraġġuża u determinata. Permezz tal-paġna tagħha, hi tgħin lil ħaddieħor li jkun għaddej minn żminijiet diffiċli.
Facebook / Jeanesse Abela (Janna)