Gwida.mt tinsab infurmata li mara u tarbija ta’ 6 ijiem ittieħdu l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta. L-inċident ġara għall-ħabta tal-16.40. Il-mara hija Bulgara ta’ 28 sena, residenti f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ bejn 5 vetturi li tnejn minnhom kienu pparkjati. It-tarbija kienet fil-vettura pparkjata. Il-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.
Din l-informazzjoni ngħatat lilna mic-CMRU (it-taqsima tar-relazzjonijiet pubbliċi fi ħdan il-Korp tal-pulizija.)
J’Alla l-kundizzjoni tal-persuni nvoluti tmur għall-aħjar.
Ritratt: Facebook/ The Malta Police Force